Każijiet ta' sigurtà.


Il-konsorzju tal-proġett jikkompila każijiet ta’ sigurtà multimidjali onlajn (vidjow, sound rekordings u ritratti) għal taħriġ tal-assessjar tar-riskju.


TPP (Tagħmir Personali Protettiv) u Sinjali ta’ Sigurtà

Il-każ juri lbies tax-xogħol adegwat, użu ta’ tagħmir personali protettiv, u sinjali ta’ sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-każ jinkludi żewġ kartitaħriġ u preżentazzjoni bl-islajds.

Nizzel il-Kartataħriġ 1

Nizzel il-Kartataħriġ 2

Niżżel il-Preżentazzjoni bl-Islajds

Niżżel id-deskrizzjoni tal-każ


Perikli Speċjali f’Sit

Il-każ juri l-perikli li ħaddiem jaf jiltaqa’ magħhom f’sit. Attitudni skorretta u prattiċi żbaljati huma murija, kif ukoll oħrajn tajbin. L-għan hu li wieħed jasal jifhem x’inhu tajjeb u x’għandu jiġi evitat f’sit fejn ikun isir ix-xogħol sabiex il-ħaddiem jibqa’ f’saħħtu u ’l bogħod minn kull periklu li jista’ jkun ta’ ħsara għas-saħħa u s-sigurtà tiegħu.

Ħolqa għall-vidjow: https://www.youtube.com/watch?v=TGaClfbWfU4 

Niżżel il-każ:


Irfigħ Manwali

Il-każ jitlob li l-parteċipanti jaraw vidjow li juri x’ikun irfigħ manwali u jidentifikaw kull kwistjoni li josservaw. Jista’ jkun li jerġa’ jintwera l-vidjow biex il-parteċipanti jkollhom ħin li jagħmlu noti dwar l-osservazzjonijiet tagħhom.

Ħolqa għall-vidjow:

Niżżel il-każ:


Iżolazzjoni Sigura – każ b’Realtà Virtwali

Dan il-każ b’Realtà Virtwali jippermetti lill-istudenti jaraw u jissieħbu mal-ambjenti tal-postijiet tax-xogħol għall-kenn tal-ambjent tal-klassi.

L-istudenti għandhom jesploraw mingħajr għaġġla biex jifhmu l-ambjent tax-xogħol b’mod aħjar milli kieku jużaw riżorsi tradizzjonali bħal powsters, kartinoti u kotba.

Kif għandek tara l-vidjow b’Realtà Virtwali:

  • Fuq il-komputer tista’ tuża l-maws biex ddur mal-kamra.
  • Fuq Tablets u Smartphones. L-użu ta’ apparat li jinżamm fl-id, bħal iPhones, iPads jew tagħmir ieħor simili, jagħti riżultati aħjar għax jista’ juża s-sensers taċ-ċaqliq fil-ħin reali. Tista’ tniżżel applikazzjoni sabiex tara Realtà Virtwali minn Google Play jew APP Store.

Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/w5Uum3PPOps

Ara l-każ f’dawn il-lingwi:


Sinjali fil-Ħanut tax-Xogħol u Tagħmir Protettiv Personali

Dan il-każ b’Realtà Virtwali jippermetti lill-istudenti jaraw u jissieħbu mal-ambjenti tal-postijiet tax-xogħol għall-kenn tal-ambjent tal-klassi.

L-istudenti għandhom jesploraw mingħajr għaġġla biex jifhmu l-ambjent tax-xogħol b’mod aħjar milli kieku jużaw riżorsi tradizzjonali bħal powsters, kartinoti u kotba.

Kif għandek tara l-vidjow b’Realtà Virtwali:

  • Fuq il-komputer tista’ tuża l-maws biex ddur mal-kamra.
  • Fuq Tablets u Smartphones. L-użu ta’ apparat li jinżamm fl-id, bħal iPhones, iPads jew tagħmir ieħor simili, jagħti riżultati aħjar għax jista’ juża s-sensers taċ-ċaqliq fil-ħin reali. Tista’ tniżżel applikazzjoni sabiex tara Realtà Virtwali minn Google Play jew APP Store.

Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/tKr3YvrgO3M

Ara l-każ f’dawn il-lingwi:


Saħħa u Iġene – Ħsara b’Għodda li Tivvibra

Fil-vidjo jintwerew sitwazzjonijiet differenti li għandhom x’jaqsmu ma’ ħsara kkawżata minn użu ta’ għodda.

Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/-0VSj1u7-J0

Ara l-każ f’dawn il-lingwi:


Saħħa u Iġene – Prodotti Kemikali

Fil-vidjo jintwerew sitwazzjonijiet differenti li għandhom x’jaqsmu ma’ ħsara kkawżata minn użu ta’ prodotti kemikali.

Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/qt8KKECwX-c

Ara l-każ f’dawn il-lingwi:


Saħħa u Iġene – Storbju

Fil-vidjo jintwerew sitwazzjonijiet differenti li għandhom x’jaqsmu ma’ ħsara kkawżata minn storbju fuq ix-xogħol.

Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/BxCku4GRUko

Ara l-każ f’dawn il-lingwi:


Saħħa u Iġene – Protezzjoni għall-ġilda

Fil-vidjo jintwerew sitwazzjonijiet differenti li għandhom x’jaqsmu ma’ ħsara fil-ġilda.

Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/DlFmNADqfNQ

Ara l-każ f’dawn il-lingwi:


Riskji Ambjentali

Vidjo li juri kif azzjonijiet waqt xogħol joħolqu problemi ambjentali. Il-każ hu bbażat fuq li parteċipanti jaraw vidjo u li jkunu mitluba josservaw dawk l-azzjonijiet li joħolqu problemi għall-ambjent. Jaf ikun meħtieġ li l-vidjo jintwera diversi drabi sabiex il-parteċipanti jkollhom il-ħin jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom.

Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/D0FFz2Wh4f0

Niżżel il-każ f’dawn il-lingwi:


Saħħa u Perikli (F’ħanut tax-xogħol tal-welding)

aktar f’xogħol relatat ma’ welding f’ħanut tax-xogħol.

Il-parteċipanti se jaraw vidjo (Saħħa u Perikli – welding), jagħrfu l-perikli u janalizzawhom. Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/5g-9u2yzMAE

Niżżel il-każ f’dawn il-lingwi:


Saħħa u Perikli (f’sit ta’ kostruzzjoni)

Il-parteċipanti se jsiru aktar konxji dwar saħħa u perikli fuq il-post tax-xogħol, l-aktar f’xogħol relatat ma’ installazzjonijiet tal-elettriku.

Il-parteċipanti jaraw vidjo (Saħħa u Perikli), jagħrfu l-perikli u janalizzawhom. Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/JOqNoiY-Crc

Niżżel il-każ f’dawn il-lingwi:


Tagħmir tax-Xogħol

Il-parteċipanti se jsiru aktar konxji minn proċeduri ta’ kafkaf fuq il-post tax-xogħol, l-aktar dawk relatati ma’ xogħol fl-elettriku u kif nistgħu nevitawhom.

Il-parteċipanti jaraw vidjo (Tagħmir tax-Xogħol), jagħrfu l-perikli u janalizzawhom. Ara l-vidjo hawn: https://youtu.be/huQyiFbW3c8

Niżżel il-każ f’dawn il-lingwi:


Nar u Emerġenzi

Il-każ juża vidjo b’Realtà Virtwali 3D fejn min qiegħed jużah jista’ jdur f’binja (f’kompjuter billi juża l-maws) u jieħu deċiżjonijiet billi jikklikkja fuq dwawar ħomor. L-iskop hu li j/toħroġ mill-binja li qiegħda taqbad u jasal fil-punt tal-assemblea tan-nar.

Il-vidjo b’realtà virtwali hu fajl kbir (150MB), għalhekk, jekk jogħġbok, hu ftit paċenzja sakemm jinżel kollu.

Sabiex tara l-vidjo b’realtà virtwali jrid ikollok installata l-aħħar verżjoni ta’ Adobe Flash player.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:

Niżżel il-vidjo b’realtà virtwali f’dawn il-lingwi:


Xogħol fil-Għoli

Il-każ hu bbażat fuq li l-parteċipanti jaraw vidjo u jinnotaw kwistjonijiet relatati mal-ambjent tax-xogħol. Jista’ jkun hemm bżonn li l-vidjo jiġi ripetut sabiex il-parteċipanti jkollhom ħin biżżejjed biex jieħdu n-noti u jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:

Ara dan il-vidjo bil-lingwi li ġejjin:


Short circuits u konsegwenzi

Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 2 minuti) flimkien jew waħedhom.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Assessjar tar-riskju u qari ta’ elettriku

Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar minuta u nofs) flimkien jew waħedhom.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Tibdil ta’ RCD

Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 2 minuti) flimkien jew waħedhom.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Għodda

Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar minuta u nofs) flimkien jew waħedhom.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Insulazzjoni

Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 2 minuti u nofs) flimkien jew waħedhom.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Xogħol fuq elettriku ħaj

Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 2 minuti) flimkien jew waħedhom.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Xogħol fuq elettriku mejjet

Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 3 minuti) flimkien jew waħedhom.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Riskji u Sigurtà tax-xogħol 

Ħalli l-parteċipanti tal-kors jaraw il-vidjo (madwar 7 minuti) flimkien jew waħedhom.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Assessjar tar-riskju 1

Il-każ jitlob li l-parteċipanti jaraw vidjo u jinnotaw sitwazzjonijiet fejn seta’ nħoloq periklu fuq il-post tax-xogħol

In-nuqqasijiet li jidhru fil-vidjo dwar l-ambjent tax-xogħol huma:

  • Diżordni fuq il-post tax-xogħol
  • Tagħmir protettiv għall-għajnejn u l-widnejn
  • Diżordni fuq il-bank / lant tax-xogħol
  • Likwidi li jaqbdu malajr (gass tal-lajters, deterġenti, etc.) fuq il-post tax-xogħol
  • Materjal li jaqbad bħal karti u kartun ħdejn ix-xrar.
  • L-użu tal-għodda (angle grinder) mingħajr protezzjoni u użata mingħajr ingwanti.
  • L-użu tal-għodda (angle grinder) mingħajr ilbies protettiv (nuċċali protettiv).
  • L-użu tal-għodda (angle grinder) mingħajr ilbies protettiv (protezzjoni għall-widnejn)
  • L-użu tal-għodda (angle grinder) mingħajr protezzjoni u mingħajr manku.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Assessjar tar-Riskju 2

Il-każ jitlob li l-parteċipanti jaraw vidjo u jinnotaw sitwazzjonijiet fejn seta’ nħoloq periklu fuq il-post tax-xogħol

In-nuqqasijiet li jidhru fil-vidjo dwar saħħa sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma:

  • Wajer flessibbli maqbud bejn il-bieb u l-koxxa (x’tip ta’ perikli / riskji jistgħu jinqalgħu?)
  • Għodda jew apparat bil-ħsara – (sieq mgħawġa ta’ sellum tal-aluminju).
  • Għodda mhux użata sewwa – (driler mingħajr apparat li jilqa’ t-trab)
  • Titqib qrib wajer tal-elettriku (x’tip ta’ perikli / riskji jistgħu jinqalgħu?)
  • Tagħmir protettiv personali (ingwanti, nuċċali protettiv, żarbun tas-sigurtà, apparat tal-protezzjoni għall-widnejn, maskra għat-trab, żarbun bil-lazz maħlul użat fuq sellum).
  • Sellum imqiegħed wara bieb (x’tip ta’ perikli /riskji jistgħu jinqalgħu?)
  • Wajer imsewwi ta’ malajr bit-tejp – mhux l-aħjar soluzzjoni.

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Xogħol fuq swiċċbord b’elettriku ħaj – riskji u sigurtà

Il-każ huwa bbażat fuq vidjo li jinkludi numru ta’ sitwazzjonijiet ta’ sigurtà

  • Xogħol fuq elettriku mejjet
  • Xogħol fuq elettriku ħaj
  • Tagħmir ta’ protezzjoni
  • Insulazzjoni
  • Għodda
  • Tibdil ta’ RCD
  • Assessjar tar-riskju u kejl
  • Ixxortjar u konsegwenzi

Ħsibijiet għall-kartanota

  • X’inhuma n-neċessitajiet għall-għodda li ser tintuża sabiex isir xogħol fuq swiċċbords?
  • Semmi xi tipi ta’ Tagħmir Personali Protettiv u meta jintuża.
  • Qabel ma taħdem fuq swiċċboard, kif ser tagħmel assessjar tar-riskju?
  • Dejjem timxi mal-prekawzjonijiet tas-sigurtà kif jidhru fil-vidjo? Għaliex le?

Niżżel dan il-każ f’dawn il-lingwi:


Kun żgur li timxi magħna.

Fuq Twitter.

Safety4El's Twitter avatar
Safety4El
@safety4el

We have now completed 26 cases in five languages, each case using multimedia like video and PowerPoints: safety4el.net/safety-cases/

Safety4El's Twitter avatar
Safety4El
@safety4el

Learn about shocking situations with NAPO tinyurl.com/zwzk38w

SEGWINA FUQ TWITTER

Kun żgur li timxi magħna.

Fuq Facebook.

Video image

A video in which work related actions cause environmental problems. The case is based on the participants watching a video in which they are asked to indicate all the problematic actions for the environment that they observe during the video. It may be necessary to play the video several times so that the participants have time to make note of their observations.
youtu.be/D0FFz2Wh4f0A video in which work related actions cause environmental problems. The case is based on the participants watching a video in which they are asked to indicat...
... See MoreSee Less

1 month ago

 

Comment on Facebook

SEGWINA FUQ Facebook