In-National Research Centre for the Working Environment tad-Danimarka bagħat 50,000 kwestjonarju lil ħaddiema impjegati u li minnhom rċieva lura 27,000 (Marzu 2014). Dan wera li, meta tqabbel ma’ gruppi oħra ta’ xogħol, l-elektrixins huma involuti f’medja ogħla ta’ inċidenti u medja ogħla ta’ ħsara minn strapazz. Xi ftit eżempji juru dan. Nagħtu każ xogħol li jsir għarkopptejh jew kokka 61.19% mqabbel mal-medja tal-gruppi l-oħra ta’ 17.2%, irfigħ u ġar għal aktar minn kwart tal-ħin tax-xogħol 56.57% mqabbel mal-medja tal-gruppi l-oħra ta’ 30.68%, u li jagħmel xogħol b’dirgħajh merfugħin ’l fuq 51.43% mqabbel mal-medja ta’ gruppi oħrajn ta’ 18.33%.

Waħda mid-differenzi hi li mill-pajjiżi sieħba fil-proġett, hu biss ir-Renju Unit li jobbliga lil min jaħdem joqgħod għall-eżamijiet regolari. Nagħtu każ, ħaddiema fir-Renju Unit li jmissu l-elettriku huma obbligati li jgħaddu minn eżami fuq is-saħħa u s-sigurtà (Fl-Industrija tal-Bini u l-Kostruzzjoni).

In-numru ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol fl-UE ivarja ħafna. Pereżempju, skont ir-rata ta’ inċidenti fatali (kull 100,000 ħaddiem) fuq il-post tax-xogħol, fid-Danimarka hemm medja ta’ inċidenti li tqarreb sew il-medja Ewropea, imma xorta waħda għadha d-doppju tal-inċidenti li jiġru fir-Renju Unit. Din l-istatistika (Eurostat, ESAW, 2012) tinħadem wara li jitnaqqsu n-numru tal-imwiet li jsiru waqt it-trasport ta’ persuni li jkunu sejrin minn u lejn il-post tax-xogħol. Statistika bħal din insibuha wkoll Spanja, Ċipru u Malta.