Pamflets u sommarju tal-Proġett:


Niżżel il-pamflet tal-proġett bil:

Numru ta’ identifikazzjoni tal-proġett: KA202-2016-016

Perjodu tal-proġett: mill-1 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2019

In-numru ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol fl-UE ivarja ħafna. Pereżempju, skont ir-rata ta’ inċidenti fatali (kull 100,000 ħaddiem) fuq il-post tax-xogħol, fid-Danimarka hemm medja ta’ inċidenti li tqarreb sew il-medja Ewropea, imma xorta waħda għadha d-doppju tal-inċidenti li jiġru fir-Renju Unit. Din l-istatistika (Eurostat, ESAW, 2012) tinħadem wara li jitnaqqsu n-numru tal-imwiet li jsiru waqt it-trasport ta’ persuni li jkunu sejrin minn u lejn il-post tax-xogħol. Statistika bħal din insibuha wkoll Spanja, Ċipru u Malta.

Waħda mid-differenzi hi li mill-pajjiżi sieħba fil-proġett, hu biss ir-Renju Unit li jobbliga lil min jaħdem joqgħod għall-eżamijiet regolari. Nagħtu każ, ħaddiema fir-Renju Unit li jmissu l-elettriku huma obbligati li jgħaddu minn eżami fuq is-saħħa u s-sigurtà (Fl-Industrija tal-Bini u l-Kostruzzjoni).

In-National Research Centre for the Working Environment tad-Danimarka bagħat 50,000 kwestjonarju lil ħaddiema impjegati u li minnhom rċieva lura 27,000 (Marzu 2014). Dan wera li, meta tqabbel ma’ gruppi oħra ta’ xogħol, l-elektrixins huma involuti f’medja ogħla ta’ inċidenti u medja ogħla ta’ ħsara minn strapazz. Xi ftit eżempji juru dan. Nagħtu każ xogħol li jsir għarkopptejh jew kokka 61.19% mqabbel mal-medja tal-gruppi l-oħra ta’ 17.2%, irfigħ u ġar għal aktar minn kwart tal-ħin tax-xogħol 56.57% mqabbel mal-medja tal-gruppi l-oħra ta’ 30.68%, u li jagħmel xogħol b’dirgħajh merfugħin ’l fuq 51.43% mqabbel mal-medja ta’ gruppi oħrajn ta’ 18.33%.

Ir-regolamenti differenti fuq taħriġ għas-sigurtà/eżamijiet għall-elektrixins huma ta’ xkiel għall-mobilità. Dan il-proġett jaħseb biex jipprova jwarrab dan l-ixkiel billi jiżviluppa materjal eLearning (kemm verżjonijiet onlajn u kemm korsijiet tradizzjonali) sabiex jgħin fit-tagħlim tas-sigurtà li għandu x’jaqasam ma’ xogħol fuq elettriku ħaj, tiswijiet u l-bqija. Jaħseb ukoll dwar kif jistgħu jsiru eżamijiet kemm qabel u wara bħala parti mit-tagħlim dwar l-ambjent tax-xogħol u s-sigurtà tal-elektrixans.

Il-kontenut tal-moduli tal-kors se jiġi ppreparat biex ikun jista’ jintuża bħala parti minn CLIL (Content and Language Integrated Learning). L-iscaffolding tal-CLIL se jkun ibbażat l-aktar fuq unitajiet onlajn bil-kliem kollu f’ħolqa ma’ dizzjunarji f’118-il lingwa. Dan se jgħin nies tas-sengħa u apprendisti biex ikunu ppreparati għall-mobilità.

Il-proġett hu mmirat speċjalment għal żewġ gruppi speċifici mill-istess settur – elektrixins u apprendisti tal-elektrixins – imma l-parti l-kbira tal-outcomes proponuti se jkunu tajbin għall-impjegati u l-apprendisti kollha fl-industrija tal-kostruzzjoni.

Il-konsorzju tal-proġett fih ħames kulleġġi vokazzjonali (Syddansk Erhvervsskole, Politeknika Ikastegia Txorierri S. Coop, Bridgwater and Taunton College, Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, u Intercollege) jippreżentaw id-Danimarka, Ċipru, ir-Renju Unit, Malta u Spanja (min-naħa Baska) u Organizzazzjoni mhux Governattiva Ewropea (European Forum of Technical and Vocational Education and Training) b’aċċess dirett għan-netwerks mal-Ewropa kollha u dawk li jiffurmaw il-politika.

Il-proġett se jibda billi jagħraf id-differenzi fir-regolamenti dwar it-taħriġ dwar is-sigurtà u/jew eżamijiet għall-elektrixins kif ukoll differenzi bejn installazzjonijiet elettriċi f’dawn il-pajjiżi. It-timijiet tal-Kulleġġi se jiżviluppaw OER (Open Educational Resource) ibbażat fuq websajt, u li se jkun fih materjal u każijiet għal taħriġ ta’ Assessjar ta’ Riskju interattivi tajba ħafna u multimidjali, u għadd kbir ta’ mistoqsijiet b’għażliet multipli dwar sigurtà għal elektrixins u ħaddiema oħra fl-industrija tal-kostruzzjoni. Il-materjal tat-taħriġ se jkun bid-Daniż, l-Ingliż, il-Grieg, il-Malti u l-Ispanjol.

Biex jesplojtjaw l-outcomes tal-proġett, l-imsieħba se jippreparaw kurrikuli li juru kif jintużaw ir-riżorsi fuq bażi individwali (tagħlim onlajn) u tagħlim fi klassi.

Matul il-proġett il-materjal żviluppat se jkun ittestjat ħalli wieħed jara kemm ikun effettiv meta mqabbel mas-sistema eżistenti (ECS-test) tar-Renju Unit.

L-imsieħba fil-proġett, b’assoċjazzjoni ma’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u junjins, se jinvestigaw u jaħdmu għall-akkreditazzjoni tal-outcomes / eżamijiet mifruxa mal-pajjiżi msieħba li qegħdin jipparteċipaw. Akkreditazzjoni bħal din se telimina kull xkiel ta’ mobilità u fl-istess ħin tħares minn diżgrazzji marbuta ma’ lbies u xogħol.

Project consortium:

Coordinator

SYDDANSK ERHVERVSSKOLE, Denmark
Contact: Kent Andersen,
E-mail: ka@sde.dk
Website: www.sde.dk

Partner

BRIDGWATER AND TAUNTON COLLEGE, UK
Contact: Jon Harding,
E-mail: HARDINGJO@bridgwater.ac.uk
Website: www.bridgwater.ac.uk

Partner

EFVET, Belgium
Contact: Valentina Chanina,
E-mail: efvet-office@efvet.org
Website: www.efvet.org

Partner

INTERCOLLEGE, Cyprus
Contact: Maria Theodorou,
E-mail: theodorou.m@unic.ac.cy
Website: www.intercollege.ac.cy

Partner

POLITEKNIKA TXORIERRI, Spain
Contact: Anabel Menica,
E-mail: amenica@txorierri.net
Website: www.txorierri.net

Partner

MCAST, Malta
Contact: Kenny Muscat,
E-mail: Kenny.Muscat@mcast.edu.mt
Website: www.mcast.edu.mt

Kun żgur li timxi magħna.

Fuq Twitter.

Safety4El's Twitter avatar
Safety4El
@safety4el

We have now completed 26 cases in five languages, each case using multimedia like video and PowerPoints: safety4el.net/safety-cases/

Safety4El's Twitter avatar
Safety4El
@safety4el

Learn about shocking situations with NAPO tinyurl.com/zwzk38w

SEGWINA FUQ TWITTER

Kun żgur li timxi magħna.

Fuq Facebook.

Electrical installation - the work man need to understand the danger in the use and practice of electricity, to learn how to protect oneself and how to treat an electrical incident.
How to use the equipment we would like demonstrates the correct video: safety4el.net/safety-cases/
... See MoreSee Less

3 weeks ago

SEGWINA FUQ Facebook